F’Jannar jaslu iktar minn 67,000 turist

F’Jannar li għadda t-total ta’ wasliet ta’ turisti fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni żdied bi 11%.  Meta mqabbel mas-sena li għaddiet, l-iljieli naqsu b’1%.
Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jidher li f’Jannar kien hawn 67,150 turist u qattgħu 368,961 lejl.
L-iktar li rreġistraw żieda kienu l-lukandi ta’ erba’ stilel.  Il-medja ta’ ljieli li turisti qattgħu f’Malta matul ix-xahar imsemmi kien ta’ 5.5 iljieli.