“F’ħames sekondi tiddeċiedi ħames snin” – Dr Gonzi jħeġġeġ lil kulħadd jevalwa kollox qabel jivvota

Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ħeġġeġ lil kull min għadu indeċiż kif se jivvota, biex jevalwa kollox għax f’ħames sekondi se jiddeċiedi l-futur tiegħu ta’ ħames snin.

Hu qal dan waqt attività politika bit-tema ‘Qalb il-Familja’.

Dr Gonzi qal kif l-aħbar li ħarġet li l-kaċċaturi laħqu ftehim mal-Partit Laburista, jikkonferma kif Dr Muscat qed jipprova jogħġob lil kullħadd.

Qal li fil-ħajja ma tistax togħġob lil kullħadd u trid tagħmel l-għażliet. Iżda jekk tagħti kollox lil kullħadd meta tkun fil-gvern ikollu konsegwenzi ħżiena fuq il-familji Maltin.

Il-Prim Ministru sostna li l-finanzi ta’ Malta huma fis-sod u fost il-pajjiżi Ewropej, Malta tkun fost ta’ quddiem.

Hu kompla jgħid li nhar is-Sibt, hu se jkun b’moħħu mistrieh li għamel dak kollu li seta’ għall-pajjiż, u li l-elettorat dejjem għamel għażla tajba.