F’dormitorju fil-ħabs jorqdu 16-il persuna f’48 metru kwadru

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl ilmentat dwar in-nuqqas ta’ spajzu fil-ħabs ta’ Kordin.

Fi stqarrija sostniet li f’dormitorju partikolari ta’ madwar 48 metru kwadru hemm 16-il persuna.

Żiedet li l-priġunieri jorqdu f’sodod li jmissu ma’ xulxin, jużaw cupboards żgħar li ma jinqaflux, u jżommu ħwejjiġhom f’boroż tal-plastik f’kamra żgħira fil-viċin.

Intqal ukoll li f’sezzjoni partikolari hemm sodod fil-kuridur u f’oħra lanqas biss hemm sodod.

Temmet tgħid li kundizzjonijiet bħal dawn ineħħu d-dinjità ta’ kull bniedem. Appellat biex l-awtoritajiet sabiex jieħdu azzjoni immedjata.