F’Cologne jibdew l-arresti tal-abbużi sesswali tal-Ewwel tas-Sena

F’Cologne, fil-Ġermanja, ċittadin Alġerin li qed jitlob protezzjoni internazzjonali, hu l-ewwel persuna arrestata b’akkużi ta’ reati sesswali fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena.
Ir-raġel għandu 26 sena u kien jinsab f’ċentru ta’ refuġjati meta ġie arrestat fi tmiem il-ġimgħa.
Qed jiġi akkużat b’fastidju sesswali u li seraq il-mowbajl ta’ mara.
B’kollox tressqu 497 rapport dwar abbuż sesswali f’dak il-lejl, inkluż tliet stupri.
21 persuna ġew akkużati b’reati mhux sesswali.