F’Bagdad 30 persuna jinqatlu fi djarhom stess

F’Bagdad, 30 peruna inqatlu, fosthom 26 mara, wara li numru ta’ militanti sparaw bla heda fit-toroq u f’residenzi privati. 
Il-każ seħħ f’Zayona meta grupp ta’ militanti, libsin uniformijiet militari u pajżana, fetħu n-nar fuq dawn il-vittmi.  Huwa mifhum li huma daħlu fid-djar privati wara li sgassaw il-bieb ta’ barra.
Għadu mhux magħruf liema grupp militanti huwa wara din l-atroċità.
Aktar kmieni grupp ieħor ta’ militanti, attakkaw il-belt ta’ Haditha minn erbgħa postijiet differeneti.  F’dan il-kaz, mhux magħruf in-numru tal-vittmi.