F’Awwissu t-trattament għall-kanċer se jingħata mill-isptar tal-onkoloġija

Minn Awwissu li ġej, it-trattament għall-kanċer li qed jingħata fl-isptar Boffa ser jibda jingħata fl-isptar tal-Onkoloġija l-ġdid.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħar Chris Fearne ħabbar dan waqt l-attività "Gvern li Jisma’" tal-bieraħ filgħaxija.
Huwa spjega li d-dewmien f’dan il-proġett se jiswa lill-poplu Malti €22 miljun.
Dr Fearne ħabbar ukoll li l-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn ser tiżdied biex tinkludi ukoll prodotti għal kontra d-dijabete.
Matul l-attività f’Kastilja, Dr Fearne ħabbar li ntlaħaq ftehim mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol biex jinbena grawnd tal-futbol ġdid fl-isptar Monte Carmeli.
Ħabbar ukoll li sal-aħħar ta’ din is-sena, mal-200 koppja se jkunu bbenefikaw mis-servizz tal-IVF.