F’Awwissu se ssir is-7 edizzjoni tal-Iljieli Melleħin

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jorganizza s-seba’ edizzjoni tal-iljieli Melleħin. L-attivitajiet se jibdew mill-Ħamis 7 t’ Awwissu u jibqgħu sejrin sal-Ħadd 10 t’Awwissu.
Fost l-attivitajiet, il-Kunsill Lokali se jkun qed iniedi proġett ta’ restawr tal-Għajn Mellieħa biex dan il-post pittoresk u storiku jingħata l-ħajja mill-ġdid.
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu se jkun hemm kunċert bl-aqwa talent mużikali fil-Pjazza tal-Parroċċa u l-qofol jintlaħaq fi tmiem il-ġimgħa fejn it-toroq u l-pjazez prinċipali se jkunu magħluqa għat-traffiku biex isiru vettrina ta’ arti, mużika, kultura, sports u ikel.
Is-Santwarju devot tal-Madonna tal-Mellieħa ser ikun miftuħ għall-pubbliku sa tard bil-lejl u se jkun hemm diversi kunċerti korali. Ix-xelters tal-Gwerra se jkunu wkoll miftuħa u se jkun hemm gwidi apposta għall-pubbliku.