F’April il-fabbriki jipproduċu iktar mill-2014 imma inqas minn Marzu

Il-produzzjoni mill-fabbriki f’April, meta mqabbel ma’ Marzu, naqset bi 3.6% imma ċ-ċifri fuq sena juru li l-fabbriki Maltin ipproduċew bi 2.3% iktar meta mqabbel ma’ April tas-sena l-oħra.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-produzzjoni mill-fabbriki f’Malta għadha 6% inqas minn dik li kienet fl-2010 għalkemm f'Jannar li għadda kienet kważi laħħqet il-livell ta' produzzjoni tal-2010.
Fl-aħħar sena, żdied ix-xogħol intermedjarju u l-produzzjoni ta’ oġġetti għall-konsumatur imma naqas ix-xogħol fil-kategoriji l-oħra.