Filmat: “F.A.I.T.H. fi triqithom għall-fama”

Il-grupp F.A.I.T.H. (Five in the House) illum spiċċaw fuq is-siti soċjali ta’ X Factor Global. Is-silta li ġie mxerrda hija proprju dik ta’ Man in the Mirror ta’ Michael Jackson, il-prestazzjoni tagħhom waqt it-tielet live show ta’ dan il-programm li xxandar ilbieraħ filgħaxija.

F.A.I.T.H. huwa grupp li ġie ffurmat wara r-room auditions u l-wirja tagħhom tal-bieraħ kienet waħda li kisbitilhom tifħir mhux ħażin mill-ġurija.

“Skoprejna l-Jackson 5 il-ġodda?” staqsa Ray waqt li Ira saħqet li bħala grupp jinstemgħu internazzjonali.

Howard qalilhom li l-prestazzjoni tagħhom kienet ta’ “rebbieħa” ta’ din is-sena.

Issa minn-naħa ta’ X Factor Global ikkummentaw li F.A.I.T.H. jinsabu fi triqithom għall-fama.

Ritratt: Facebook/XFactorGlobal

Howard Keith ukoll kellu kummenti x’jgħaddi dwar dan il-grupp illum fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn qal li l-wirja ta’ F.A.I.T.H. kien jistħoqqilha li tkun fuq X Factor Global u ddeskriva l-wirja tagħhpm bħala waħda perfetta.

Intant, bħalissa għaddejja kompetizzjoni fuq Newsbook Lifestyle fejn tistgħu tirbħu biljetti għall-live show tal-Ħadd 2 ta’ Frar. Idħlu fil-paġna għal aktar dettalji.