F.A.I.T.H. eliminati waqt il-finali ta’ X Factor Malta

Il-grupp F.A.I.T.H. (Five are in the House) huma t-tieni parteċipanti li ġew eliminati fil-finali tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Huma ġabu l-inqas ammont ta’ voti min-naħa tal-pubbliku.

Fil-kompetizzjoni issa fadal Destiny Chukunyere u Justine Shorfid.

Illejla F.A.I.T.H. telgħu fuq il-palk tlett darbiet, fejn fost dawn kellhom ukoll dwett ma’ Owen Leuellen.

Howard ikkummenta li ma stennewx li jkollhom grupp fil-finali u li permezz ta’ F.A.I.T.H. inbidlet il-metalità li kien hawn dwar il-grupp.

Il-ħames membri jindikaw li dan mhux it-tmiem tagħhom.