F’5 snin jisplodu l-applikazzjonijiet għall-imwejjed u s-siġġijiet fit-triq

F’ħames snin splodew l-applikazzjoni biex stabbilimenti tal-ikel joħorġu mwejjed u siġġijiet barra mill-istabbiliment.
Minn informazzjoni ppreżentata fil-Parlament mill-Ministru Ian Borg, fl-2013 kien hemm 32 applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Sal-2017, dawn telgħu għal 163 applikazzjoni.
Meta wieħed jifli t-tabella, jinnota li t-talbiet żdiedu kull sena ħlief bejn l-2013 u l-2014, fejn f’dawn is-sentejn kien hemm 32 applikazzjoni.
Fl-2015 l-applikazzjonijiet telgħu għal 57 biex is-sena ta’ wara żdiedu b'aktar bid-doppju għal 129.
Apparti minn dawn kien hemm ukoll applikazzjonijiet biex stabbilimenti li diġà għandhom imwejjed u siġġijiet ikunu jistgħu jżiduhom.
Għal kuntrarju tal-applikazzjonijiet ġodda dawn naqsu.
Filwaqt li fl-2015 kien hemm 30 applikazzjoni, is-sena li għaddiet stabbiliment wieħed biss talab biex iżid in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet fuq barra.
L-informazzjoni ngħatart fuq talba tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.

Ritratt: Mill-Arkivji – Ian Noel Pace