F’5 snin ħaddiema agrikoli jitilfu €1 minn kull €3 fi dħul

F’ħames snin, kważi ewro minn kull tlieta li kien jaqla’ ħaddiem f’Malta mill-agrikoltura, intilef.
Ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li fil-ħames snin bejn l-2005 u l-2010, Malta kienet ir-raba’ l-iktar pajjiż fl-UE li tilef mid-dħul tal-ħaddiema ras għal ras mis-settur agrikolu (-31%).
18-il pajjiż minn 28 raw id-dħul tal-ħaddiema tagħhom f’dan is-settur, jonqos, bl-ikbar eċċezzjonijiet ikunu l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Irlanda.
Anke bejn din is-sena u s-sena li għaddiet, id-dħul tal-ħaddiema f’Malta kompla jonqos, din id-darba bir-rata ta’ 4%, li hi 0.3% biss inqas mill-medja tal-UE.