F’10 xhur il-Mediterran sar qabar ta’ 2,775 persuna

Minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena, 2,775 migrant tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran huma u jaqsmu lejn l-Ewropa bit-tama ta’ ħajja aħjar.
Dan intqal dalgħodu f’Ginevra waqt laqgħa mal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Immigrazzjoni.
Mill-bidu tas-sena, 142,913-il migrant u refuġjat waslu l-Ewropa minn fuq il-baħar.
75% minnhom daħlu l-Italja.
Is-sena li għaddiet, waslu total ta’ 318,791 immigrant.
Intant skont l-NSO Mediterranee, fl-aħħar sigħat salvat 600 immigrant li tellgħu abbord il-vapur tagħha Aquarius u ddaħħlu qawwijin u sħaħ f’Palermo.