Eżerċizzju t’emerġenza għall-evakwazzjoni tat-terminal fl-MIA

Illejla se jsir eżerċizzju ta’ emerġenza għall-evakwazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-eżerċizzju ta’ emerġenża se jsir fis-sala tat-tluq fl-ajruport.
Il-pubbliku qed ikun avżat biex jkunx allarmat bl-ebda movimenti mhux tas-soltu.
L-eżerċizzju hu mmirat biex jiġi evalwat il-livell ta’ sikurezza u sigurtà tal-ajruport skont l-istandards stipulati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.
Fost l-entitajiet involuti se jkun hemm il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.