Eżerċizzi għall-koppji miżżewġin u l-ħaddiema mill-Isqof Scicluna

L-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, se jipprietka l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-koppji miżżewga u għall-ħaddiema. Se joffri wkoll l-omelija fuq l-Evanġelju tal-Ħadd f’żewġ parroċċi differenti.
It-tema ġenerali ta’ dawn l-eżerċizzi hi l-Ferħ tal-Evanġelju: Evangelii Gaudium.
L-omeliji fil-parroċċi se jibdew għada waqt il-Quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Dawn l-eżerċizzi se jkomplu kull nhar ta’ Sibt sal-5 ta’ April.
Sensiela oħra ta’ omeliji se tibda l-Ħadd 9 ta’ Marzu waqt il-Quddiesa tas-7.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Dawn l-eżerċizzi se jkomplu kull nhar ta’ Ħadd sas-6 ta’ April.
Bejn l-24 u t-28 ta’ Marzu, l-Isqof Charles J. Scicluna se jipprietka wkoll l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-ħaddiema. Dawn se jsiru fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Putirjal, il-Belt Valletta, bejn 12.35 p.m. u 13.05 p.m.
Il-kors ta’ eżerċizzi spiritwali għall-koppji miżżewġa se jsir ukoll bejn l-24 u t-28 ta’ Marzu, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Elena, bejn is-7.30 p.m. u t-8.15 p.m.
Ir-riflessjonijiet li se jagħmel l-Isqof Charles J. Scicluna waqt l-omeliji tal-Quddiesa fil-parroċċa tal-Mosta se jkunu disponibbli onlajn fuq www.thechurchinmalta.org.