Eżebizzjoni unika li twaħħad il-passat mal-preżent biex tagħġen il-futur

Il-Kopin Malta nediet eżebizzjoni ta’ arti prodotta minn anzjani, bħala parti mill-proġett YeeP, Youth and Elderly Explore Photography.
Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien żgħażagħ u anzjani għal erba’ sessjonijiet ta’ fotografija mmexxija minn Darrin Zammit Lupi, figura magħrufa fil-qasam tal-ġurnaliżmu fotografiku.
Flimkien, dawn il-persuni tħarrġu fl-arti tal-fotografija, il-ħiliet bażiċi li jseddquha, il-ġbid ta’ veduti ambjentali, kif tgħaqqad u tilgħab bir-ritratti sabiex tipproduċi effett finali itjeb, fost ħiliet oħra.
Hija u titkellem waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Colero Preca rrimarkat li la l-fotografija hija arti, mela tmur lil hinn, tittraxxendi l-kultura, il-fidi, il-fruntieri, l-etniċità, u finalment l-età.
Temmet tgħid li proġetti simili huma rilevanti f’Malta, fejn għandek popolazzjoni ta’ anzjani dejjem tikber. Barra minn hekk, hija ta’ importanza kbira li ż-żgħażagħ tal-lum jagħrfu li ma tistax timxi ’l quddiem mingħajr ma tara mnejn ġejt, billi tosserva lil dawk li ġew qablek.
L-eżebizzjoni qiegħda fil-Palazz ta’ San Anton, u għandha miftuħa ġimgħa.
Il-proġett kien iffinanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività u mmaniġġjat mill-Kunsill Malti tal-Arti.