Eżamijiet tal-benchmark: Nofs l-istudenti jiksbu 60% tal-marki

3571 student qagħdu għall-eżamijiet tal-benchmark.
Dan ifisser li 10% biss ta’ dawk l-istudenti eleġibbli ma għamlux l-eżami.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni ntqal li 52% tal-istudenti kienu subien.
L-eżamijiet saru fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika.
50% tal-istudenti li għamlu l-benchmark kisbu aktar minn 67 marka fil-Malti, aktar minn 76 marka fl-Ingliż u aktar minn 69 marka fil-Matematika.
Kull karta tal-Benchmark ġiet immarkata minn żewġ markaturi mingħajr ma nkiteb xejn fuq l-iskritt biex ma jinfluwenzawx lil xulxin. Dan l-eżerċizzju sar minn 118 markatur: 46 għall-karti tal-Malti, 40 għall-karti tal-Ingliż u 32 għall-Matematika.