Eżami tas-sewqan ripetut 110 darba

Mhux darba u tnejn tisma’ lil xi ħadd jgħid li ser ikollu jirrepeti l-ezami tat-teorija tas-sewqan, iżda li dan jiġi ripetut għal 110 darba, hija tassew stramba. 
Din hija r-realtà għal tfajla Ingliża ta’ 28 sena, li l-identità tagħha ma nkixfitx. 
It-tfajla, li hija minn Southwark, nefqet is-somma ta’ kwazi €4,300 f’tentattiv li xi darba jirnexxilha ġġib il-liċenzja tas-sewqan. 
Fil-lista tal-aktar nies li rrepetew dan l-eżami, skond l-Agenzija Ingliza dwar l-iStandard tas-Sewqan, hemm ukoll raġel ta’ 30 sena li rrepetih għal 86 darba u raġel ta’ 41 sena li pruvah 80 darba.