Il-Papa jikkundanna lil Trump

REUTERS/Tony Gentile/File Photo

Read in English.

Il-Papa Franġisku kkritika l-politika tal-amministrazzjoni ta’ Trump li tissepara l-familji mmigranti mal-fruntiera Messikana, u qal li l-populiżmu mhuwiex ir-risposta għall-problemi tal-immigrazzjoni tad-dinja.

Ma’ Reuters, il-Papa qal li appoġġja d-dikjarazzjonijiet reċenti mill-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti li sejħu s-separazzjoni tat-tfal mill-ġenituri tagħhom “kontra l-valuri Kattoliċi” u “immorali”.

Il-Papa qal li “mhux faċli, iżda l-populiżmu mhuwiex is-soluzzjoni”.

F’intervista rari, il-Papa qal li kien ottimist dwar taħdidiet li jistgħu jwasslu għal ftehim storiku dwar il-ħatra tal-isqfijiet fiċ-Ċina, u qal li jista’ jaċċetta aktar riżenji tal-isqfijiet fuq skandlu ta’ abbuż sesswali fiċ-Ċili.

Waqt li rrifletta fuq il-ħames snin tiegħu bħala Papa, huwa ddefenda t-tmexxija tiegħu tal-Knisja Kattolika Rumana kontra kritika minn konservattivi ġewwa u barra l-Knisja li jgħidu li l-interpretazzjoni tiegħu tat-tagħlim tagħha hija wisq liberali.

Huwa qal ukoll li ried jaħtar aktar nisa fil-pożizzjonijiet ewlenin fl-amministrazzjoni tal-Vatikan.

Ħafna rreaġixxew kontra din it-tip ta’ politika fl-Istati Uniti u filwaqt li ġiet ikkundannata barra mill-pajjiż hekk kif ħarġu filmati ta’ żgħażagħ miżmuma f’kumpartimenti li fihom il-konkrit u awdjo ta’ tfal jibku u jolfqu.

Tista’ taqra l-artiklu sħiħ bl-Ingliż hawnhekk.