Eks Presidenti tal-Panama miżmuma milli jivvjaġġaw wara investigazzjoni dwar korruzzjoni

REUTERS/Denis Balibouse

Read in English.

Żewġ eks presidenti tal-Panama, Ricardo Martinelli u Juan Carlos Varela kienu miżmuma milli jħallu l-pajjiż hekk kif bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus f’każijiet separati ta’ korruzzjoni, qalu awtoritajiet tal-Gvern il-Ħamis li għadda.

Martinelli, li serva bħala President bejn l-2009 u l-2014, huwa suspettat li bagħbas fondi pubbliċi sabiex jakkwista organiżżazzjoni tal-media waqt li kien president bħala parti mill-każ imsejjaħ “New Business”, skond ġurnali u uffiċjali lokali. 

Huwa u jkellem lill-ġurnalisti nhar il-Ħamis, Martinelli sejjaħ dawn l-akkużi bħala “persekuzzjoni politika” u akkuża lis-sistema ġudizzjarja tal-Panama li mhiex qed timxi skond il-proċess kif suppost. 

“Iridu jinvolvuni għaliex iridu jkissruni,” qal Martinelli.