Ewropa u Stati Uniti: Putin fuq in-naħa ħażina tal-istorja

Il-President Amerikan Barack Obama akkuża  lil Vladimir Putin li jinsab “fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja” waqt li għall-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, Putin tilef il-kuntatt mar-realtà.
Minkejja l-kundanna tal-pajjiżi tal-G7 u tal-Unjoni Ewropea, Putin ma għamilx pass lura.
Mill-aħħar żviluppi jidher li kien l-eks President Ukren Viktor Yanukovych li talab lir-Russja biex tibgħat is-suldati tagħha mal-fruntiera u tiddefendi liċ-ċittadini.
Il-mibgħut għan-Nazzjonijiet Magħquda fir-Russja qal li  t-talba għall-għajnuna saret nhar is-Sibt li għadda.
Fl-aħħar jiem, eluf ta’ suldati Russi daħlu fir-reġjun Ukren tal-Krimea.
L-Ukraina poġġiet ultimatum lir-Russja biex sal-ħamsa ta’ dalgħodu tirtira t-truppi tagħha mill-Krimea.
Illum f’Madrid, ir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea Catherine Ashton mistennija tiltaqa’ mal-Ministru Russu Serghiei Lavrov.