Ewropa: Il-mard fil-pulmun se jiżdied fl-20 sena li ġejjin

Waħda minn kull għaxar imwiet fl-Ewropa huma kawża ta’ kundizzjonijiet fil-pulmun, bit-tipjip bħala fattur prinċipali.

Skont rapport mis-Soċjetà Respiratorja Ewropea, kanċer kif ukoll mard kroniku fil-pulmun se jiżdiedu fl-20 sena li ġejjin minħabba r-rati tat-tipjip fil-passat.

Fl-istess waqt organizzazzjoni fir-Renju Unit qalet li mard fil-pulmun jaħsad il-ħajja ta’ waħda minn kull erba’ persuni fil-pajjiż. 

Żiedet tgħid li madanakollu ma tingħata l-ebda prijorità meta jiġu għall-prevenzjoni, trattament jew riċerka.