Evra ma’ West Ham

Il-plejer internazzjonali Franċiż Patrice Evra wasal fil-Lvant ta’ Londra sabiex imur għat-testijiet mediċi hekk kif skont Sky Sports UK huwa ser jingħaqad mal-klabb ta’ West Ham
L-eks difensur ta’ Manchester United u Juventus jinsab sospiż mill-futbol Franċiż wara l-battibekk illi kellu ma’ partitarju ta’ Marseille li rriżultat bil-plejer jagħti daqqa ta’ sieq lura. 
Minkejja kollox Evra lest biex ikompli l-karriera taħt il-manager David Moyes u jgħin lit-tim il-ġdid tiegħu jitbiegħed dejjem aktar miż-żona l-ħamra tal-klassifika.