Evitaw it-Telgħa ta’ Birkirkara; Jinxtered il-fjuwil

Google Maps

Il-Pulizija avżat lis-sewwieqa kollha biex jevitaw it-Telgħa ta’ Birkirkara f’San Ġiljan minħabba li nxterred xi fjuwil.

Kelliem għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta 12.38pm.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex inadfu l-fjuwil li aktarx ġie minn trakk u b’hekk ineħħu l-periklu.