Evitaw ir-roundabout tal-Kappara, għax teħlu!

Il-Pulizija avżat lill-pubbliku biex isib toroq alternattivi minflok ir-roundabout tal-Kappara u dan kawża ta’ xi xogħlijiet li qed isiru.

Il-bieraħ filgħaxija kien hemm traffiku kbir mar-roundabout tal-gass fil-Kappara u lejn Mater Dei, minħabba x-xogħol fit-toroq.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll isegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-Pulizija.