Evitati għal xagħra 2 inċidenti bejn drones u ajruplani

Il-Ministru Ian Borg qal li fl-aħħar sentejn kien hemm żewġ każijiet fejn ġew evitati għal xagħra inċidenti bejn drones u ajruplani waqt tluq jew inżul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Ministru għat-Trasport spjega li dawn l-inċidenti ġew irrappurtati lill-Pulizija.

Din it-tweġiba ngħatat fuq mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.