Evitata b’sekonda traġedja fuq runway f’Lisbona

Ajruplan tal-easyJet li kellu 167 passiġġier abbord evita traġedja bl-eżatt hekk kif kien sekonda biss bogħod minn diżastru wara li l-piloti ma kkalulkawx sew it-tul tar-runway bi kważi mil.

L-ajurplan, li kien jinsab fi triqtu lejn l-Ingilterra telaq mill-ajruport ta’ Lisbona bl-eżatt hekk kif kien għad fadallu 110 metri biss ta’ tarmac fuq ir-runway.

Mill-investigazzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Inċidenti tal-Ajru (AAIB) instab li abbażi tal-veloċità li kien qed isuq biha biex jinqata’ mill-art minn fuq ir-runway, l-ajruplan kien għad jonqsu biss sekonda biex jispiċċalu t-tarmac. Kieku ġara hekk kien iseħħ inċident traġiku

L-investigazzjoni sabet li l-kalkoli li ntużaw kienu ħżiena u setgħu jikkaġunaw inċident serju.