Evita Triq Buqana llejla: se jitkomplew ix-xogħlijiet

Google Maps

Read in English.

L-aħħar xogħlijiet biex jitlesta x-xogħol fi Triq Buqana se jkunu qed isiru tul il-lejl bejn it-8:00pm u l-5:00am. Ix-xogħol se jibda mil-lejla fejn it-triq se tingħalaq miż-żewġ direzzjonijiet. Ix-xogħol se jkompli wkoll fil-jumejn li ġejjin.

Għada, it-triq se tingħalaq mit-tarf tat-triq min-naħa tal-Mosta lejn Triq ta’ Żejfa u bil-kontra.

Nhar il-Ġimgħa r-roundabout ta’ Sriedek se tingħalaq, iżda l-korsiji mibnija ġodda fil-ġnub tat-triq se jibqgħu miftuħa. Iġifieri l-korsiji mill-Imtarfa lejn il-Mosta, mill-Imtarfa lejn l-Imġarr u mill-Imġarr lejn il-Mosta.

Ara aktar minn hawn