Evita li tivjaġġa lejn l-Afrika tal-Punent

Bħala miżura ta' prekawzjoni, biex jillimitaw espożizzjoni f’żoni milquta bil-virus tal-Ebola, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika qed jirrakomanda lill-pubbliku biex jevita vjaġġi lejn il-Ginea, Liberja, Sierra Leone u n-Niġerja.
Jekk l-ivvjaġġar għal dawn il-pajjiżi huwa inevitabbli, huwa rakkomandat li:
·         Tevita kuntatt dirett ma' demm jew fluwidi tal-ġisem ta' persuni ħajjin jew mejtin jew oġġetti li jkunu possibilment infettati
·         Tevita l-kuntatt mill-qrib ma' annimali selvaġġi u l-konsum ta' “bush meat”;
·         Tevita l-att sesswal mhux protett;
·         Iżżomm iġjene personali
Jekk persuna kienet residenti f'żoni fejn każijiet tal-Ebola ġew irrappurtati reċentement, għandek tikkuntattja l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fuq 2132 4086, mal-ewwel sinjali li jista’ jkun hemm jekk dan iseħħ wara li l-persuna tkun telqet mill-pajjiż infettat fi żmien 21 ġurnata. Is-sintomi jinkludu deni, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-għadam, uġigħ fil-griżmejn, dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, raxx, għajnejn ħomor, u f'xi każijiet telf ta’ demm.