Aġġornata: Ħabta fil-bypass ta’ Burmarrad

Read in English.

Attent jekk se tgħaddi minn Burmarrad.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li seħħ inċident għall-ħabta tat-3pm fil-bypass ta’ Burmarrad bejn żewġ vetturi.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li għalkemm il-vetturi kellhom ħsarat konsiderevoli kawża tal-inċident, fortunatmanet ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

Kawża tal-inċident it-triq kienet magħluqa għal xi ħin.

Ritratt: MRTU