Malta Marathon 2018: Evita dawn l-inħawi nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd illi ġej 4,865-il persuna se jkunu qed jieħdu sehem fil-Vodafone Malta Marathon u għaldaqstant xi toroq se jkunu magħluqin.
L-organizzaturi tal-maratona qed javżaw lis-sewwieqa biex jevitaw dawn iż-żoni:

  • Ta’ Qali u t-toroq kollha tal-madwar mit-08:00-10:45am
  • Il-maġġoranza ta’ Ħ’Attard mit-08:30-11:30am
  • Mrieħel Bypass lejn il-Marsa mid-09:00-12:00pm
  • Mill-Marsa lejn Blata l-Bajda mid-09:30-12:30pm
  • Mill-Ħamrun lejn Blata l-Bajda mid-09:30-13:00pm
  • Il-Pietà, l-Imsida, il-Gżira, u Tas-Sliema waterfront mid-09:30-13:30pm

Il-maratona se tibda mill-Imdina fis-7:30am u għandha tispiċċa f’Tas-Sliema għall-ħabta tas-1:00pm
Fi stqarrija l-organizzaturi qalu li għad-disa' sena konsekuttiva kien hemm numru rekord ta’ parteċipanti.
Ritratt: Vodafone Malta