Evidenza storika b’rabta ma’ San Publju

Nistgħu ngħidu li t-twelid ta‘ Ġesu‘ Bambin fil-gżejjer Maltin wasal għandna permezz ta‘ żewġ personaġġi storiċi li żergħu fostna ż-żerriegħa tal-fidi Nisranija; Pawlu u Publju.  Huwa grazzi għalihom li qed niċċelebraw il-Milied.

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2019 l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ser torganizza serata għaż-żmien tal-Milied bl-isem: Archeology, The VatiCan and Publius – An evening of Culture, Music and Mulled wine. Din l-attività ser tkun l-aħħar waħda qabel il-ġranet tal-Milied.

Il-mistiedna speċjali ser ikunu Fr. Eugene Teuma OFM Conv, flimkien ma’ Dr. Joe Zammit Ciantar li se jaqsmu informazzjoni dwar evidenza storika marbuta ma’ San Publju u l-ħajja f’Malta ta’ dak iż-żmien flimkien ma’ informazzjoni dwar l-arti marbuta mal-ġrajja tal-Kristjaneżmu f’Malta li tinsab fil-Vatikan.

Se jkun hemm ukoll l-użu ta’ viżwali biex jikkumplimentaw it-taħdità. L-attività se tkun animata wkoll mużika fuq l-orgni storiku li jinsab fil-Mużew ta’ Wignacourt, ir-Rabat.

Din l-attività hija organizzata mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.