Evidenza li fil-Knisja tal-bidu kien hemm Djakni nisa

Il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi mhux se tagħti pariri lill-Papa Franġisku dwar l-ordinazzjoni ta’ Djakni Nisa għax il-mandat tagħha hu biss li ssib x’kienu l-kwistjonijiet li kien hemm fil-Knisja tal-bidu dwar id-djakonat tan-nisa.

Din id-Dikjarazzjoni għamilha l-Kardinal Luis Ladaria, Prefett tal-Kongregazzjoni li sostna li l-Papa ma talabhomx jistudjaw jekk in-nisa għandhom ikunu djakni. Huma ntalbu biss xi rwol kellhom in-nisa djakni fil-bidu tal-Knisja.

Żied jgħid li mhux ċar jekk in-nisa kellhomx l-istess rwol bħal djakni rġiel u jekk ir-rwol tagħhom kienx jiddependi mill-ħtiġijiet tal-lokal biss.

Nafu li fil-Knisja tal-bidu kien hemm dawk magħrufa bħala d-“djakonessi.” Xi jfisser dan? Kienu l-istess bħal djakni rġiel? Jew ma kinux l-istess? Din kienet xi ħaġa mifruxa jew kienu uffiċċji f’ċerti lokalitajiet biss?

Filwaqt li l-Knisja qed tinsisti li m’għandhiex awtorità taħtar saċerdoti nisa, esperti jgħidu li hemm evidenza qawwija li fil-Knisja tal-bidu kien hemm djakni nisa.