​Everton lesti jonfqu €200 miljun fi trasferimenti

Everton jinsabu lesti li jonfqu iktar minn €200 miljun fi trasferimenti biex jakkwistaw it-tragwardi ewlenin tagħhom.
Rapporti qed jindikaw li Everton jinsabu viċin li jakkwistaw lill-plejer mill-Iżlanda Gylfi Sigurdsson għal €50 miljun, iżda Koeman xorta waħda qed iqis li jingaġġa attakkant ieħor biex jieħu post Romelu Lukaku li ngħaqad ma' Manchester United u qed iqis lil Olivier Giroud u Christian Benteke bħala kandidati ideali.
Il-maniġer tat-Toffees jixtieq ukoll difensur ċentrali bħala assigurazzjoni għal Ashley Williams u Phil Jagielka, li kulma jmur qed jikbru fl-età u b'hekk ma tantx jidher li fadlilhom snin fl-azzjoni. 
Għal aktar informazzjoni żur it-taqsima tal-isports.