Everton iridu lil Sanchez

Everton qed jevalwaw il-possibiltà li jakkwistaw lill-attakkant Ċilen ta’ Arsenal Alexis Sanchez, skont ma’ ġie rrapurtat fil-gazzetta tal-lum ta’ The Sun on Sunday.
Sanchez jista’ jingħaqad mat-Toffees għal 30 miljun lira sterlina sa minn Jannar li ġej. Kif nafu, il-kuntratt tal-eks-plejer ta’ Udinese jiskadi fl-aħħar tal-istaġun u mhux beħsiebu jġeddu.
Is-sid ta’ Everton Farhad Moshiri huwa lest li jġib lill-plejer f’Goodison Park sabiex jgħin lit-tim li bħalissa ma tantx sejjer tajjeb fil-kampjonat.