Everton favoriti li jakkwistaw lil Rojo

Marco Silva jinsab interessat li jakkwista lil Marcos Rojo mingħand Manchester United li huma rivali ta’ Everton fil-Premier League Ingliż. Il-kowċ Portugiż jaf lid-difensur sew peress li ħadmu flimkien meta t-tnejn li huma kienu ma’ Sporting Lisbon. Manchester United lesti li jħallu lil Rojo jitlaq jekk Everton iħallsu s-somma ta’ £30m.

Id-difensur Arġentin, li rrapreżenta lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja ġewwa r-Russja, ma jinsabx parti mill-iskwadra li qed tħejji għall-bidu tal-kampjonat fl-Amerka. Rapporti fil-midja Ingliża jindikaw li Rojo sar jaf li jista’ jitlaq lill-klabb tal-Premier League wara 4 staġuni f’Old Trafford.