Evarist Bartolo jkompli bil-pressjoni

"Meta xi ħadd jikkritika xi ħaġa li int responsabbli għaliha, isimgħu sew u agħti kasu"

Read in English.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qed ikompli bil-pressjoni biex tittieħed azzjoni fuq is-sitwazzjoni politika preżenti fil-pajjiż, bir-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Kmieni dalgħodu fuq Facebook, Bartolo, b’reazzjoni għal dak li ġara lbieraħ fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, kiteb li “jekk hemm xi nar jaqbad f’xi bini, mhux titfi l-fire alarm trid, imma titfi n-nar”. Madanakollu, dak li qed jikteb fuq il-mezzi soċjali ma jikkorraborax ma’ dak li qed jidher li qed jagħmel u dak li jgħid meta mistoqsi mill-ġurnalisti.

Ilbieraħ meta ħareġ mil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista li saret f’Kastilja ma weġibx dwar jekk il-Ministru Mizzi u Keith Schembri għandhomx jirriżenjaw. Huwa qal biss li kien kuntent bl-iżvilupp tal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari u meta mistoqsi għadux iħossu komdu fil-kabinett dawwar id-diskors fuq ix-xita.

Fl-istess laqgħa, Evarist Bartolo jidher li ta vot ta’ fiduċja f’Joseph Muscat bħal bqija tal-MPs Laburisti.

“Meta xi ħadd jikkritika xi ħaġa li int responsabbli għaliha, isimgħu sew u agħti kasu

Fuq Facebook dalgħodu, Bartolo kiteb dak li jgħid lilu nnifsu: “jekk trid tmexxi aħjar, maż-żmien titgħallem (mhux faċli) li meta jiġi xi ħadd jilmenta jew jikkritika xi ħaġa li int responsabbli għaliha, isimgħu sew u agħtu kasu. Għax jekk hemm xi nar jaqbad f’xi bini, mhux titfli l-fire alarm trid, iżda titfi n-nar”.

Fuq l-istess mezz soċjali ftit qabel, il-Ministru rriproduċa l-poeżija ta’ Konstantin Cavafy, The City, u staqsa jekk għan-nuqqasijiet tagħna għandna nwaħħlu fil-post fejn twelidna jew għandna nwaħħlu fina nfusna? U jekk flok ninbidlu aħna, nibdlu fejn ngħixu, jgħibu n-nuqqasijiet tagħna?

The City

You said: “I’ll go to another country, go to another shore,

find another city better than this one.

Whatever I try to do is fated to turn out wrong

and my heart lies buried like something dead.

How long can I let my mind moulder in this place?

Wherever I turn, wherever I look,

I see the black ruins of my life, here,

where I’ve spent so many years, wasted them, destroyed them totally.”

You won’t find a new country, won’t find another shore.

This city will always pursue you.

You’ll walk the same streets, grow old

in the same neighborhoods, turn gray in these same houses.

You’ll always end up in this city. Don’t hope for things elsewhere:

there’s no ship for you, there’s no road.

Now that you’ve wasted your life here, in this small corner,

you’ve destroyed it everywhere in the world.

Ilbieraħ kmieni filgħodu fuq Facebook, ftit sigħat qabel il-laqgħa tal-istess Grupp Parlamentari, Evarist Bartolo stqarr li l-kriżi tista’ twassal għall-mewt tal-Partit Laburista.