Evarist Bartolo jgħid li l-Partit Laburista jista’ jispiċċa

F’post fuq Facebook il-Ministru Evarist Bartolo jgħid ċar u tond li jekk li jekk il-Partit Laburista ma jirreaġixxix “b’onesta u realiżmu għal dak li qed jiġri” hemm ċans li jiġrilu bħad-dinosawri, jiġifieri jispiċċa.

Għall-Ministru Bartolo jekk jiġri hekk ikun suwiċidju.

Il-post sħiħa tal-Ministru Bartolo tgħid hekk:

Id-dinosawri kienu annimali kbar li spiċċaw bil-mod il-mod minn fuq wiċċ id-dinja minħabba katastrofi li laqtithom. Il-Partit Laburista huwa partit kbir u gżamel u qed jagħmel ħafna ġid lill-poplu tagħna u lill-pajjiżna. Izda jekk mhux se jirreaġixxi b’onesta’ u realiżmu għal dak li qed jiġri, hemm ċans kbir li jiġrilu bħad-dinosawri. Imma f’dak il-kaz ikun suwiċidju. Għaliex għandu jagħmel dan is-suwiċidju l-partit tagħna li għadu jista’ jagħmel tant u tant ġid?