Evans ma’ Arsenal?

Jidher illi matul is-sajf se tkompli r-rivoluzzjoni fil-klabb ta’ Arsenal meta skont il-gazzetta Ingliża The Daily Mail, wieħed mill-ewwel ismijiet illi qed jissemma fil-kurituri tal-Emirates Stadium huwa d-difensur ta’ West Bromwich Albion, Jonny Evans.
Dan il-plejer qed jimpressjona ħafna matul dan l-istaġun u dan kollu ma ħarabx għajnejn id-diriġenti tal-Gunners illi qed jitħajru jakkwistawh.
Dan kollu jista’ jiswa lit-tim immexxi minn Arsene Wenger is-somma ta’ €30 miljun bil-plejer Evans jidher favorevoli għal din l-idea.