Evakwaw id-dgħajsa fuq il-baħar wara li ħadet in-nar

Google Maps

Read in English.

Għadd ta’ persuni li kienu fuq dgħajsa qrib Daħlet Qorrot f’Għawdex evakwaw minn fuqha meta ħadet in-nar.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-2pm. Il-persuni li kien hemm fuq id-dgħajsa raw id-duħħan u evakwat l-opra tal-baħar. Dawn ittellgħu fuq dgħajsa oħra li kienet fil-qrib.

Fuq il-post marru membri tal-AFM, il-Pulizija ta’ Kemmuna, u uffiċjali minn Transport Malta. Fuq l-art irrispondew membri tal-Pulizija tal-Mobile Squad u tad-Distrett.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.