Aġġornata: Evakwati żewġ stazzjonijiet tal-ferrovija f’Munich

Uffiċjali Ġermaniżi qalu li rċivew informazzjoni dwar attakki terroristiċi mill-awtoritajiet Franċiżi, għalhekk ġie deċiż li jingħalqu ż-żewġ stazzjonijiet tal-ferrovija.
L-informazzjoni “speċifika” ġiet mis-servizz sigriet Franċiż fejn qalu li kien hemm pjanijiet li jseħħu numru ta’ attakki suwiċida pjanati mil-Istat Iżlamiku.
Jidher li din l-informazzjoni ttieħdet bis-serjeta mill-pulizija f’Munich li fi ftit ħin evakwat l-istazzjonijiet u ssospendiet is-servizz.

Il-Pulizija qed iffittxu bejn ħamsa u seba’ suspettati li huma ta’ nazzjonalità Iraqqina jew Sirjana.
Matul il-lejl, żewġ stazzjonijiet tal-ferrovija f’Munich, fil-Ġermanja, kellhom jiġu evakwati u kellu jieqaf is-servizz tat-trasport f’Lejliet L-Ewwel tas-Sena, wara theddid ta’ attakk terroristiku.
S’issa ħadd għadu ma ġie arrestat.
Għalhekk, il-pulizija talbet lill-pubbliku biex ma jattendix għal ċelebrazzjonijiet li fihom ikun hemm ħafna persuni.