Evakwati l-ħaddiema kollha fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti fi Tripli

Il-Korp Diplomatiku tal-Istati Uniti ġie evakwat minn Tripli u marru t-Tuneżija.
L-Istati Uniti waslu għal din id-deċiżjoni minħabba s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Ambaxxata u l-ġlied li qed jippersisti bejn il-gruppi tal-militanti armati.
L-operazzjoni tal-evakwazzjoni tal-ħaddiema kollha fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti damet sejra madwar ħames sigħat u intużaw żewġ arjuplani.
Pajjiżi oħra fosthom iċ-Ċina, l-Filippini u t-Turkija wkoll qed jikkunsidraw li jevakwaw iċ-ċittadini tagħhom kollha li kienu qed jaħdmu fil-Libja.