Għadd ta’ djar f’Santa Luċija ġew evakwati bħala prekawzjoni wara li nstabu żewġ bombi, x’aktarx tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident għat-8.15pm. L-inċident ġara fi Trejqet il-Liedna.
Jidher li tifel ħa żewġ bombi miegħu d-dar, iżda mhuwiex magħruf minn fejn ġabarhom.
Membri tal-AFM tat-taqsima tal-isplussivi marru fuq il-post. Il-kelliem qal li dawn irnexxielhom jiġbru l-bomba b’mod sigur. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
Ir-residenti tħallew jidħlu lura fid-djar tagħhom.