Evakwata skola f’Tas-Sliema

L-iskola primarja ta' Tas-Sliema kellha tiġi evakwata wara li faqqgħet l-allarm tan-nirien.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan iżda qalet li ma kienx hemm nirien.
Kelliema għall-iskola qalet ma' Newsbook.com.mt li l-allarm kien daqq minkejja li ma kienx hemm nar, però bħala prekawzjoni fl-aħjar interess tas-sigurtà tat-tfal, l-iskola ġiet evakwata sakemm waslu fuq il-post membri tal-Protezzjoni Ċivili.