Filmat: Pjazza Kastilja tinfetaħ mill-ġdid wara “basket suspettuż”

Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta nfetħet mill-ġdid wara li għal xi ħin ġiet evakwata minħabba rapport ta' basket suspettuż.
Minn informazzjoni li Newsbook.com.mt kiseb minn fuq il-post, jidher li ma kien hemm xejn perikoluż fil-basket.
Fil-filmat wieħed jista' jara li kien fih djarju, karti, power bank u envelope folder.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inħawi kienu mgħassa mill-Pulizija filwaqt li ssejħu uffiċjali tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jidentifikaw il-kontenut tal-basket.
Filmat: Christoph Schwaiger