Il-Pulizija Ġermaniża qalet li l-partijiet mit-Terminal 1 tal-Ajruport ta’ Frankfurt li kienu ġew evakwati għall-ħabta ta’ nofsinhar reġgħu infetħu u l-ħidma tal-ajruport reġgħet lura għan-normal.
L-istaff tal-ajruport qassam ilma b’xejn lill-passiġġieri li spiċċaw baqgħu fl-ajruport kawża tal-evakwazzjoni f’partijiet oħra.
It-titjira lejn Malta minn Frankfurt operata mill-linja tal-ajru Lufthansa li kellha tinżel Malta fl-4.30 mistennija titardja b’siegħa kawża ta’ dan id-dewmien.
Fi tweet, il-Pulizija Ġermaniża rringrazzjat lill-passiġġieri u lill-istaff tal-ajruport talli kkoperaw magħhom f’dawn l-aħħar sigħat.
Terminale evacuation at #Frankfurt #Airport is completed. The affected areas are open and operations are in progress again. Thanks to all passengers and airport staff for their understanding and disciplined behavior! pic.twitter.com/aqwy8XQuCt
— Bundespolizei Flughafen Frankfurt am Main (@bpol_air_fra) August 7, 2018
Il-gazzetta Ġermaniża Bild ikkwotat Pulizija li qal li persuna mhux awtorizzata għaddiet miż-żona tas-sigurtà u spiċċat mitlufa.