Evakwata minħabba borma taqbad f’residenza f’Pembroke

Read in English.

Mara ta’ 49 sena ttieħdet l-isptar wara li kienet evakwata mir-residenza tagħha f’Pembroke.

Dan wara li qabdet il-borma fil-kċina tar-residenza u kien hemm problema ta’ ventilazzjoni. Ir-residenza tinsab fi Triq Antonio Mallia f’Pembroke.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li rċivew it-talba għall-għajnuna ftit wara l-5.15pm. Fl-isptar Mater Dei, il-mara ħadet trattament għad-duħħan li belgħet.