Evakwat l-ajruport ta’ Manchester; pakkett suspettuż

Pakkett suspettuż fl-Ajruport ta’ Manchester wassal biex dan l-Ajruport jiġi evakwat. Il-Pulizija kkonfermaw li qed tinżamm persuna għal aktar stħarriġ.

Il-Pulizija żiedu li kien hemm splużjoni żgħira li ġiet ikkontrollata. In-nies ġew evakwati mill-Ajruport, u s-servizz tal-ferrovija ġie sospiż. It-titjiriet ma ġewx affettwati madankollu l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li uffiċjali mill-bomb disposal unit għadhom fuq il-post jassistu lill-Pulizija biex jaċċertaw li l-pakkett ma jibqax perikoluż.