Evakwat ħanut f’Santa Venera minħabba nar fil-parkeġġ

Aġġornat 06:19 PM

Għadd ta’ nies ġew evakwati mill-ħanut tal-LIDL f’Santa Venera minħabba nar li żviluppa fil-parkeġġ tal-istess stabbiliment.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.30pm. Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. In-nies li kienu fil-parkeġġ ġew ordnati joħorġu wkoll minħabba l-ammont tad-dħaħen li kien hemm.

Il-parkeġġ ta’ dan il-ħanut partikolari huwa taħt l-art.

Aktar tard, kelliem tal-Pulizija spjega li l-ħsara oeiġinat minn karozza fil-parkeġġ li ħadet in-nar. Qal li ħadd ma ndarab b’rabta ma’ dan l-inċident. Spejga wkoll li peritu marru fuq il-post u ddikjaraw li ma kienx hemm periklu għall-pubbliku wara dan l-inċident.