Eurovision: X’qed jiġri llum f’Tel Aviv?

Ritratt: Andres Putting

L-attivita’ f’Tel Aviv fl-Iżrael, illum il-Ħadd, għaddejja ġmielha. Għalkemm fid-dehra kollox huwa kwiet, fil-fatt għaddejjin ħafna affarijiet.

Fl-arena, fejn nhar it-Tlieta se titwassal l-ewwel semi finali fejn 17-il pajjiż se jikkompetu biex minnhom 10 jgħaddu għall-finali tas-Sibt, bħalissa għaddejjin il-provi tal-ħames pajjiżi l-Kbar: Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit u Franza, kif ukoll hemm l-Iżrael, bħala l-pajjiżi ospitanti, wara r-rebħa tas-sena l-oħra ta’ Netta bil-kanzunetta Toy.

Pjazza Habima – Ritratt: Tel Aviv Municipality

Illejla ġewwa Pjazza Habima, magħrufa bħala l-Pjazza tal-Kultura, l-artisti parteċipanti, inklużi Michela, se jgħaddi minn fuq it-tapit oranġjo li jwassal għat-teatru nazzjonali tal-Iżrael, il-Habima Theatre, fejn se tkun qed isir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-provi l-arena jissukktat għada t-Tnejn meta jsiru żewġ dress rehearsals bi preparazzjoni għall-ewwel semi finali ta’ nhar it-Tlieta.

Michela se tkun qed terġa titla’ fuq il-palk tal-Eurovision nhar l-Erbgħa li ġej fil-ħin ta’ wara nofsinhar, meta jsiru id-dress rehearsals tat-tieni semi finali u finalment ħafna jaqtgħu l-kurżita jekk l-ilbies li kellha fuqha Michela l-bieraħ hux l-istess li se tuża għal waqt il-parteċipazzjoni tagħha fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju.